Trattamenti tat-Tinnitus
Ngħinuk terġa’ tisma’ s-silenzju
Trattamenti tat-tinnitus li jaħdmu għalik
X’inhu t-tinnitus (ti-nuh-tuhs)?
It-tinnitus huwa ħoss tisfir jew żarżir fil-widnejn jew fir-ras li ma jitlaq b’xejn, tagħmel x’tagħmel.
Il-ħsejjes tat-tinnitus jvarjaw minn ħsejjes ta’ ċempil, tisfir jew żanżin ħsejjes, jista’ jkollhom piċċ baxx jew għoli u inti tista’ tisimgħu f’widna waħda jew fit-tnejn li huma. Jaf tisma’ l-ħsejjes tat-tinnitus aktar bil-lejl meta tkun qed tipprova torqod jew jista’ jdejqek waqt li tkun qed tipprova taqra meta kollox ikun silezjuż madwarek. F’xi każijiet estremi, il-ħsejjes jistgħu jinstemgħu l-ħin kollu, u ma jagħtukx ċans tistrieħ daqsxejn. Ikun xi jkun it-tinnitus li tisma’, li tfittex l-għajnuna tista’ tagħmel differenza.
Kemm huwa komuni t-tinnitus?
Huwa stmat li madwar 1 minn kull 7 adulti fl-Ewropa jesperjenzaw żarżir qawwi fil-widnejn, skont studju reċenti. Il-prevalenza tat-tinnitus tiżdied bl-età, iżda tista’ sseħħ fi kwalunkwe età, inkluż fit-tfal. L-irġiel u n-nisa huma affettwati ndaqs.
Studju minn Awdjologi fl-Università ta’ Manchester fir-Renju Unit, sab li 6.6% tal-pazjenti rrappurtaw li żviluppaw tinnitus wara li ddaħħlu l-isptar minħabba l-Covid-19.
Madankollu, huwa importanti li wieħed jiftakar li t-tinnitus jista’ jiżdied matul perjodu ta’ stress. Studju globali, immexxi mill-Università ta’ Anglia Ruskin, sab li kważi nofs (46%) ta’ dawk li jbatu mit-tinnitus fir-Renju Unit jirrapportaw li t-tinnitus tagħhom mar għall-agħar minħabba l-impatt tal-lockdown u l-bidliet fl-istil ta’ ħajjithom matul il-pandemija.
X’jikkawża t-tinnitus?
It-tinnitus mhix kundizzjoni jew marda iżda huwa sintomu ta’ kundizzjonijiet oħra. It-tinnitus huwa aktar komuni fin-nies b’nuqqa ta’ smigħ, iżda s-severità tiegħu mhux f’korrelazzjoni mal-firxa tad-defiċit tas-smigħ. Żieda fil-prevalenza tat-tinnitus ġiet irrappurtata wkoll f’persuni bi storja ta’ esponiment għal storbju qawwi fuq ix-xogħol jew waqt attivitajiet ta’ divertiment, u f’persuni obeżi, bi pressjoni għolja, b’dawk li għandhom id-dijabete mellitus, id-dislipidemija, jew disturb ta’ ansjetà [Tunkel, 2014]. [Cima, 2019; BTA, 2022]
Appuntamenti ta’ għajnuna għat-tinnitus wara l-pandemija tal-COVID-19
Żammejna protokolli u proċeduri stretti għas-sanitizzazzjoni u t-tindif stabbiliti mil-linji gwida tal-Ministeru tas-Saħħa u tas-CPCM, anke wara l-pandemija tal-COVID-19. L-esperti mħarrġa ħafna tagħna xorta se jkunu lebsin facemasks u se jżommu distanza sigura fejn ikun possibbli matul l-appuntament tiegħek biex niżguraw li inti tkun protett/a.
Trattamenti u Ġestjoni tat-Tinnitus
Tinnitus freedom therapy (CBT)
It-terapija tal-libertà mit-tinnitus tagħna tgħin lin-nies bit-tinnitus sabiex jissaportu l-ħsejjes fuq livell konxju u subkonxju billi jużaw it-Terapija tal-Imġiba Konjittiva. Bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ eżerċizzji ta’ rilassament għas-serħan tal-moħħ u l-ġestjoni tal-istress se jgħinuk tbiddel il-mod kif inti taħseb dwar it-tinnitus tiegħek. L-għan huwa li int tbaxxi l-perċezzjoni tiegħek tal-istorbju sabiex tkun tista’ tgħix ħajja aktar pjaċevoli.
Il-Pakketti ta’ Trattament jibdew minn €495

Sistema ta’ terapija tal-irqad
L-użu ta’ ħsejjes tal-irqad personalizzati mwassla permezz ta’ earbuds komdi u personalizzati matul il-lejl għen ħafna mill-klijenti tagħna sabiex jorqdu aktar malajr u ma jisimgħux t-tinnitus bħala xi ħaġa li ddejjaqhom matul il-lejl. Bl-użu tat-teknoloġija mill-aktar avvanzata, aħna ngħinuk tgħatti ż-żarżir antipatku tat-tinnitus u l-għan ta’ dan it-trattament huwa li tħarreġ il-moħħ sabiex tinjorah.
Il-Pakketti ta’ Trattament jibdew minn €380

Apparati għas-smigħ
Hearing aids żgħar mgħammra bi programmi kontra t-tinnitus ifformulati apposta jistgħu jgħinu jrażżnu l-istorbju kostanti. Bl-użu tal-aħħar teknoloġija mikrodiġitali dawn il-hearing aids huma mibnija biex ikunu kważi inviżibbli u jipprovdu kumdità ottimali.
Il-Pakketti ta’ Trattament jibdew minn €1795

Ebda persuna li tbati mit-tinnitus m’għandha tħossha waħedha.
Niżżel l-Pakkett tal-Informazzjoni Dwar it-Tinnitus Tagħna
Itlob għall-pakkett ta’ informazzjoni kontra t-tinnitus hawnhekk, li se jintbagħtlek direttament fl-inbox tal-email tiegħek. Fil-pakkett tat-tniżżil dwar it-tinnitus tagħna inti se taqra dwar it-trattamenti disponibbli għat tinnitus u kif oħrajn naqqsu jew waqqfu kompletament il-ħsejjes tat-tinnitus





Il-Passi li Jmiss għall-Għajnuna Kontra t-Tinnitus Tiegħek
Valutazzjoni Inizjali ta’ Għajnuna Kontra t-Tinnitus Tiegħek
80
90 MINUTA


L-Ewwel Valutazzjoni

Trattament u Ġestjoni

Serħan mit-Tinnitus
Trattamenti ta’ suċċess biex jitnaqqas it-tinnitus sa mill-2018
Aħna nużaw biss trattamenti kontra t-tinnitus personalizzati u apparati mogħnija bl-ogħla ċans ta’ riżultat ta’ suċċess biex jgħinu lin-nies bit-tinnitus jgħixu ħajja pjaċevoli mill-ġdid. Nifhmu l-effett psikoloġiku u emozzjonali li t-tinnitus jista’ jkollu fuq ħajtek u dan huwa għaliex naħdmu biss mal-iktar professjonisti b’kompassjoni u esperjenzati li jipprovdulek l-appoġġ emozzjonali u tas-smigħ li għandek bżonn biex teħles mit-tinnitus.

Iċċekkja hawn sabiex tara l-postijiet tal-klinika tagħna
X’jgħidu l-klijenti tagħna
Marcon Grima
May 28, 2025 via GoogleI recently visited Veritas Malta and had a very positive experience. The service was extremely professional, and the staff took the time to explain... Read more
Thilanka Rodrigo (TIKI)
May 23, 2025 via GoogleThe hearing test was an excellent experience. The staff were professional, kind, and thorough in every step. Highly recommend to anyone considering... Read more
Rakelle Portelli
April 25, 2025 via GoogleExcellent service and very friendly staff members. The environment is professionally set up and clean! In addition the experience ran smoothly and... Read more
Nauman Shaukat
April 23, 2025 via GoogleI had a blocked ear after coming to Malta for a holiday and called them and they gave me same day appointment. The team was amazing. Molka was very... Read more
Sean Gallagher
April 15, 2025 via GoogleAbsolutely brilliant service. Smooth and professional hearing assessment conducted by Malka the audiologist. Smooth and professional fitting and... Read more
Sven Norris
February 24, 2025 via GoogleExperiencing the onset of Tinnitus has been a frustrating experience. Going to Veritas and doing their initial test was a useful eye-opener. Very... Read more
Maria Dolores Mizzi
February 19, 2025 via GoogleWe recently visited Veritas Hearing Malta for my husband’s hearing needs, and I couldn’t be more pleased with the service we received. The staff... Read more
Clarissa Camilleri
February 12, 2025 via GoogleI am very happy with their service and There is a very good welcome. The specialis, Molka, is a great professional and she provides a great... Read more
christine mae layasan
February 7, 2025 via GoogleMany thanks to Leticia she's so professional, I had an free hearing test today and I'm so happy with the result as my hearing is perfectly fine... Read more
Usman Smith
February 5, 2025 via GoogleFrom first contact to appointment and throughout the process Veritas were first class. Kind, professional everything explained in detail. The... Read more
Daphne Gatt
January 28, 2025 via GoogleThe hearing test was quick, professional and informative. It was a simple test with clear instructions and immediate results. Highly recommend it... Read more
Philip Bailey
January 13, 2025 via GoogleVery good experience and the staff are really, really helpful. This is something we will be doing every year to make sure our hearing stays good.
Marcon Grima
May 28, 2025 via GoogleI recently visited Veritas Malta and had a very positive experience. The service was extremely professional, and the staff took the time to explain... Read more
Thilanka Rodrigo (TIKI)
May 23, 2025 via GoogleThe hearing test was an excellent experience. The staff were professional, kind, and thorough in every step. Highly recommend to anyone considering... Read more
Rakelle Portelli
April 25, 2025 via GoogleExcellent service and very friendly staff members. The environment is professionally set up and clean! In addition the experience ran smoothly and... Read more
Nauman Shaukat
April 23, 2025 via GoogleI had a blocked ear after coming to Malta for a holiday and called them and they gave me same day appointment. The team was amazing. Molka was very... Read more
Sean Gallagher
April 15, 2025 via GoogleAbsolutely brilliant service. Smooth and professional hearing assessment conducted by Malka the audiologist. Smooth and professional fitting and... Read more